Wara li iktar kmieni wara nofsinhar xarabank inħakmet min-nar f’ San Pawl il-Baħar, Transport Malta bdiet investigazzjoni indipendenti.
L-investigazzjoni mistennija tipprova tiddetermina l-kawża tal-inċident u se tgħin lil Transport Malta toħroġ b’rakomandazzjonijiet biex tonqos il-possibilita’ t’inċidenti simili fil-futur.
Fi stqarrija l-Awtorita’ irringrazzjat lix-xufier, li skont rapporti preliminari, ħa azzjoni minnufih, segwa l-proċeduri t’emerġenza u evita li l-inċident ikollu riperkussjonijiet iktar serji. Transport Malta saħqet li l-passiġġiera irnexxilhom jinżlu mix-xarabank qabel ma’ n-nar infirex u allura evitaw li jweġġgħu.
//= $special ?>Karozza tal-linja ssir vampa nar f’San Pawl il-Baħar qrib pompa tal-petrol