Kultura Lokali

FILMAT: Kif saret parroċċa Santa Venera?

Din is-sena r-raħal ta' Santa Venera qed jiċċelebra ċ-ċentinarju, hekk kif fl-1918 saret parroċċa għaliha

Is-sena 2018, hi sena speċjali għar-raħal ta’ Santa Venera – hekk kif mitt sena ilu dan ir-raħal inqata’ mill-paroċċa ta’ Birkirkara, u llum sar raħal li fih joqgħodu ftit inqas minn 8,000 ruħ. Iżda min kienu l-persuni li ispiraw li Santa Venera ssir parroċċa għaliha, u x’inhi l-istorja dwar kif inkisbet din l-identita’ mitt sena ilu?

Nhar id-19 ta’ Mejju se jittella’ dramm li jirrakkonta fid-dettall din l-istorja. NET News iltaqa’ mal-atturi li se jtellgħu dan id-dramm b’rabta mal-istorja tar-raħal ta’ Santa Venera – fejn fosthom iltaqajna ma’ Clayton Zammit, wiċċ familjari mat-telespettaturi tad-drama Maltija, li se jkun qed jinterpreta l-parti ta’ Dun Xand Cortis.

Tkellimna mad-direttur tad-dramm Pawlu Aquilina fejn żvela parti żgħira tal-istorja ma’ NET News.

Iżda f’din is-sena taċ-ċentinarju l-parroċċa ta’ Santa Venera, grazzi għall-għaqdiet tar-raħal, se tkun qed torganizza diversi attivitajiet – fosthom akkademja mużiko letterarja mis-Soċjeta’ Filarmonika Santa Venera V.M. Dwar dawn l-attivitajiet, tkellimna ma’ Alfred Mizzi.

Is-Soċjeta’ Filarmonika Santa Venera V.M.

Id-dramm se jittella’ nhar id-19 ta’ Mejju fil-Kripta tal-Knisja Parrokkjali Santa Venera. Għal aktar dettalji dwar id-dramm, agħfas fuq ir-ritratt t’hawn taħt: