Lokali Mużika

FILMAT: Prestazzjoni mill-aqwa waqt it-tieni prova ta’ Christabelle

Il-kantanta Christabelle li ser tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest fil-Lisbona marret tajjeb ħafna fit-tieni prova tagħha.

Hija għal darba oħra tat prestazzjoni mill-isbaħ, filwaqt li kien hemm titjib mill-aspett viżiv meta kkumparata mal-ewwel prova.

Christabelle ser tkun qed tirrappreżenta lill Malta fis-semi-finali nhar il-Ħamis bil-kanzunetta Taboo. Minn naħa l-ohra, il-finali ser tkun qed tiġi mtella’ ġewwa Altice Arena nhar is-Sibt li ġej.

Ara l-prestazzjoni ta’ Christabelle hawn taħt:

Net News qed isegwi lil Christabelle permezz ta’ aġġornamenti live fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Net News.