Rapporti fl-Italja qed jgħidu li l-gowlkiper Buffon se jirrifjuta li jilgħab mal-Italja f’partita ta’ ħbiberija fl-4 ta’ Ġunju kontra l-Olanda.
Din il-logħba kienet se tkun organizzata proprju biex tingħata l-aktar tislima xierqa lil Buffon li kien ħabbar li se jirtira minn man-nazzjonal wara li l-Italja naqqset milli tikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja.
Kien għalhekk li l-FIGC għażlet li l-logħba tintlagħab fl-Allianz Stadium ta’ Juventus imma skont ir-rapporti Buffon mhux se jaċċetta li jerġa’ jilbes il-flokk tan-nazzjonal minħabba żewġ raġunijiet.
Wara li l-kowċ temporanju tan-nazzjonal, Di Biagio, sejjaħ lil Buffon biex ikun parti mit-tim li se jilgħab partiti ta’ ħbiberija kontra l-Arġentina u l-Ingilterra, ħafna kienu dawk li kkritikaw lil Buffon għax kien se jmur lura minn kellmtu u kkritikawh anke għall-imġieba tiegħu fil-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra Real Madrid meta dakinhar tkeċċa mir-referee minħabba protesti eċċessivvi għal penalty li kien ingħata favur il-Merengues fl-aħħar minuta.
//= $special ?>