Żagħżugħ ta’ 21 sena mill-Albanija baqa’ arrestat hekk kif qed jaffaċċja akkużi li sellef il-passaport tiegħu lil persuna oħra.
Jurgen Teluli, residenti s-Swieqi, tressaq il-Qorti s-Sibt filgħodu akkużat mhux biss b’dan ir-reat imma wkoll li kien qed jaħdem illegalment f’pajjiżna waqt li uffiċjalment ġie hawn biex jistudja.
Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, li ġiet rifjutata.
//= $special ?>