Lokali

Net News u Net Television u il-mument rebbieħa fl-awards tal-ġurnalisti

Media.Link Communications, permezz tal-fergħat tal-media tagħha, illejla rebħet f’4 kategoriji tal-Malta Journalism Awards.

Il-kamra tal-aħbarijiet ta’ NET News rebħet fil-kategorija ‘Broadcast Journalism Film’ permezz tal-investigazzjoni fil-Ġermanja marbuta mal-każ ta’ Acapulco kif ukoll permezz tax-xandira speċjali li kienet ixxandret dakinhar li kienu ġew żvelati numru ta’ fatti marbuta mal-bank Pilatus kif ukoll ix-xandira speċjali fuq Net Television dakinhar li tressqu 3 persuni l-qorti akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-ġurnalist sportiv ta’ Media.Link Charles Camenzuli rebaħ il-kategorija ‘Sport Broadcast Journalism’ bil-programm sportiv Sportiv Extra li jixxandar fuq Net Television.

Il-gazzetta il-mument rebħet ukoll fil-kategoriji ‘Cultural Print Journalism’ u ‘Best Reporting on V18 Events’permezz tal-ġurnalist Noel D’Anastas.

F’kummenti wara dawn l-awards iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Media.Link Communications Pierre Portelli qal li dawn l-unuri fis-serata li jorganizza l-IGM huma ta sodisfazzjon, sostna li l-istazzjonijiet Net Television u Radio 101 kif ukoll il-gazzetti fix-xhur li ġejjin se jkomplu jtejbu s-servizz tagħhom bil-bidliet neċessarji li se jsiru.

Fis-serata il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia ngħatat il-Gold Award mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin wara li fis-16 ta’ Ottubru li għadda Daphne Caruana Galizia nqatlet b’karozza bomba.