Lokali

Resident ta’ Ħal Lija b’kommemmorazzjoni tat-Tieni Gwerra Dinija

Resident minn Ħal Lija ħa l-inizjattiva sabiex jorganizza kommemorazzjoni ta’ dak li ġara f’Ħal Lija fi żmien it-Tieni Gwerra Dinija. Dan wara li ħafna snin ilu, l-ajruplan Spitfire kien iġġarraf fi Triq is-Salvatur

Tkellimna ma’ Saviour Sammut li spjegalna ezatt x’tirraprezenta din il-kommemorazzjoni.

Bil-għajnuna tal-kappillan u tas-sidku ta’ Ħal Lija, nhar l-10 ta’ Mejju, ser tkun qed tindaq is-sirena sabiex tfakkar it-tigrif tal-ajruplan Spitfire u t-telfa kemm tal-pilota Gordon Tweetdale, kif ukoll tal-Malti Serafin Gauci.

Minn hemmhekk ser tiġi ċċelebrata quddiesa, kif ukoll diversi messaġġi mingħand il-Kappillan, is-Sindku u Savuiour Sammut. L-iscouts tal-Mosta ser ikunu qed jimmarċjaw fl-istess triq fejn seħħ l-inċident bħala tifkira.

Intant, Saviour Sammut wera ix-xewqa sabiex din il-kommemorazzjoni issir attività annwali sabiex nibqgħu inġeddu l-istorja.