Il-manager ta’ Manchester City Pep Guardiola żvela li fi tmiem dan l-istaġun il-midfielder Yaya Toure se jħalli lill-klabb.
Toure kien ingħaqad mas-Citizens lura fl-2010 għas-somma ta’ 24 miljun lira sterlina meta dakinhar ħalla lil Barcelona u minn dakinhar ‘l hawn kien wieħed mill-aktar plejers importanti fit-tim.
Toure, li se jagħlaq 35 sena dan ix-xahar rebaħ darbtejn il-kampjonat, l-FA Cup u darbtejn il-League Cup.
Kien biss f’dan l-istaġun fejn hu ma tantx lagħab futbol regolari wara li sena ilu ġedded il-kuntratt tiegħu b’sena. F’kummenti li ta Guardiola qal li nhar l-Erbgħa li ġej Man City, li se jkunu qed jilagħbu l-aħħar logħba f’darhom dan l-istaġun kontra Brighton, se jagħmlu muinn kollox biex jirbħu l-konfront b’rispett ta’ Toure għal dak kollu li ta lill-klabb f’dawn l-aħħar tmien snin.
Waqt li kien ma’ Toure lagħab taħt diversi managers fosthom Roberto Mancini u Manuel Pellegrini.
Ta’ min jiftakar li f’Marzu li għadda kienet ħarġet l-aħbar li Yaya Toure se jirritorna mat-tim nazzjonali tal-Ivory Coast wara nuqqas ta’ tliet snin.
Hu kien oriġinarjament irtira minn mal-Ivory Coast fl-2015 imma issa bla dubju se jkun utli għat-tim fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani li se ssir fl-2019.
//= $special ?>