L-aħħar stħarriġ tal-MaltaToday jindika li l-Kap tal-PN Adrian Delia żied b’7 fil-mija fl-appoġġ tiegħu fost il-Maltin u l-Għawdxin.
Fis-survey, illi ġie ppubblikat dalgħodu, jidher ċar li kemm Adrian Delia kif ukoll il-Partit Nazzjonalista żiedu sew fl-appoġġ meta wieħed jikkompara mal-aħħar stħarriġ. Fost l-elettorat, il-Partit Nazzjonalista żied b’6 fil-mija filwaqt li l-Partit Laburista naqqas bi kważi 4 fil-mija.
L-appoġġ għal Joseph Muscat naqas b’4 fil-mija.
Dwar dawn iċ-ċifri tkellem is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli illi qal li dan ir-riżultat hu l-ewwel frott tal-mod ġdid li bih qed imexxi Adrian Delia.
Skont it-Trust Barometer tal-MaltaToday il-Partit Nazzjonalista għandu l-akbar appoġġ f’Għawdex; 44 fil-mija għall-PN b’kuntrast ma’ 34 fil-mija għall-PL.
Interessanti ukoll l-analiżi tat-Trustrating tal-Prim Ministru. Fejn tidħol il-fiduċja fost iż-żgħażagħ, Muscat naqqas b’14%. Fost dawk li għandhom bejn 36 sena u 50 sena, Muscat naqqas bi kważi 3%.
//= $special ?>