Lokali

ARA: Żewġ persuni fis-sakra jduru armati b’pajp tal-ħadid

Residenti fl-inħawi tas-Swieqi u San Ġiljan esprimew it-tħassib u l-biża’ kontinwa li jgħixu fiha kawża ta’ influss ta’ persuni fis-sakra fis-satra tal-lejl, b’mod speċjali fi tmiem il-ġimgħa.

F’ritratti minn filmati ta’ kameras tas-sigurtà jidhru żewġ persuni fis-sakra li kmieni dalgħodu daru t-toroq tas-Swieqi, armati b’biċċiet tal-ħadid. Mhux magħruf x’inhi r-raġuni li kienu armati, anke għaliex s’issa ma kienx hemm rapporti ta’ vandaliżmu jew attakki f’dan il-ħin.

Il-filmati juru lil dawn il-persuni f’parapett ta’ proprjet privata, b’wieħed mill-irġiel li minkejja l-istat ta’ sokor, kien għadu jixrob bi flixkun f’idu. Dan minkejja li hu llegali li wieħed jiġri bl-alkoħol fit-triq.

Ir-residenti staqsew ukoll fejn kienu l-Pulizija, li ħallew lil dawn l-irġiel għal ħin twil iduru fit-triq armati u fis-sakra. Biss biss il-filmati ta’ din il-kamera tas-sigurtà turi perjodu ta’ ħames minuti fl-istess post, qabel eventwalment komplew bi triqithom.