Arsenal kisbu rebħa kbira ta’ 5-0 fuq Burnley, f’dik li kienet l-aħħar partita fl-Emirates Stadium għal Arsene Wenger fit-tmexxija ta’ Arsenal. Pierre-Emerick Aubameyang fetaħ l-iskor wara kwarta meta kompla għal ġewwa xutt ta’ Alexandre Lacazette. L-attakkant Franċiż irdoppja l-iskor qabel tmiem l-ewwel taqsima b’konklużjoni mill-ewwel.
Sead Kolasinac għamilhom tlieta fil-55 minuta b’xutt b’saħħtu għar-rokna, u Alex Iwobi għamilhom 4-0 għaxar minuti wara b’konklużjoni fis-saqaf tax-xibka. Pierre-Emerick Aubameyang issiġilla r-rebħa bil-ħames gowl kwarta mit-tmiem.
Wara l-partita, Wenger kien preżentat b’disinn tat-trofew tal-Premier League iżda tad-deheb. Fil-bidu tad-diskors tiegħu, Wenger awgura fejqan ta’ malajr lil Sir Alex Ferguson.
//= $special ?>