BIRŻEBBUĠA FREEPORT………..5
MARSASKALA TRANSCRIPTA….3
(2-2), (0-1), (1-0), (2-0)
Birżebbuġa nkurunaw kampjonat pożittiv bir-rebħ tal-Ewwel Diviżjoni wara li għelbu lil Marsaskala Transcripta fil-logħba deċiżiva. Birżebbuġa kienu l-aħjar tim tul id-diviżjoni fejn iddominaw ħafna mill-partiti u għalhekk għandu jitqies bħala suċċess meritat.
Iżda fis-sajf, ix-xenarju mistenni jkun differenti, b’Marsaxlokk li għandhom skwadra b’saħħitha fejn mistennija jirbħu l-unuri kollha u jisfidaw għall-post fil-Kampjonat Premier. Marsaskala tjiebu mill-bidu sa tmiem il-kampjonat u offrew sfida denja lil tim li fuq il-karta kien aħjar minnhom.
Birżebbuġa kienu marru darbtejn minn fuq fl-ewwel sessjoni iżda Jean Claude Cutajar u Christian Mifsud ġabu d-draw fiż-żewġ okkażjonijiet. It-tieni sessjoni kienet aktar movimentata, biż-żewġ timijiet ma jiħdux vantaġġ minn żewġ okkażjonijiet ta’ man-up. Kien penalty ta’ Jean Claude Cutajar lejn tmiem is-sessjoni, li daħħal lil Marsaskala minn fuq fil-ħin tal-mistrieħ.
It-tielet sessjoni żammet l-istess ritmu, bit-tim ta’ Anthony Farrugia jġib id-draw b’34 sekonda għal tmiem is-sessjoni permezz ta’ Julian Rizzo Naudi. Birżebbuġa fallew penalty, iżda lejn nofs l-aħħar sessjoni, Mattias Ortoleva poġġa lil Birżebbuġa minn fuq, bl-istess plejer jagħlaq il-logħba b’żewġ minuti għat-tmiem.
Birżebbuġa: D. Abela, M. Borg, N. Cassar, D. Pace Lupi, M. Tabone, J. Rizzo Naudi (1), S. Vassallo (2), D. Cutajar, S. Micallef, G. Farrugia, K. Rizzo Naudi, M. Ortoleva (2), D. Spiteri
Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar (2), A. Vella, D. Borg Millo, L. Grixti, K. Navarro, J. Busuttil, J. Bajada, C. Mifsud (1), D. Cassar, R. Attard, B. Muscat
Referees: Ronnie Spiteri, Massimo Savarese
//= $special ?>