Filmat minn kameras tas-sigurtà qabad żewġ persuni jippruvaw jiftħu diversi karozzi li kienu pparkjati matul triq f’Tal-Pietà.
Il-każ seħħ fi Triq il-Qrajtan, iktar kmieni din il-ġimgħa, meta ż-żewġ persuni dehru jaġixxu b’mod suspettuż, iħarsu fil-karozzi u jippruvaw jiftħuhom.
L-irġiel, it-tnejn barranin, għadhom mhux identifikati filwaqt li l-Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun irċivew rapport dwar dan il-każ u l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>