HIBERNIANS…………..75
GŻIRA ATHLETA……..88
(21-14, 16-25, 18-25, 20-24)
Hibernians: R. Vella (3), P. Attard, K. Sultana, L. Farrugia, S. Attard (2), I. Bonett, L. Tardito (7), A. Axiaq (6), M. Matijevic (15), A. Lizuar (23), F. Mariani, C. Patus (19)
Gżira: M. Naudi (18), B. Zammit, K. Liivani, P. Shoults (7), L. Stefanovic, F. Mifsud Bonnici, O. Said (21), M. Gouder, N. Xuereb, S. Vincic, I. Mitrovich (20), J. Feiler (22)
Referees: B. Vassallo, G. Barbara, T. Mantere
Gżira Athleta rebħu l-ewwel finali mill-play-offs għar-rebħ tal-Kampjonat BOV tal-Ewwel Diviżjoni wara li għelbu lil Hibernians. Athleta rkupraw fit-tieni sessjoni wara bidu diffiċli, biex meritatament rebħu l-ewwel logħba mis-serje ta’ ħames logħbiet. Huma spiċċaw rebbieħa għaliex kienu aktar determinanti fid-difiża u fl-attakk dawru aktar il-ballun.
Filwaqt li Athleta spiċċaw bl-istess ħames plejers sakemm spiċċaw barra bil-fawls. Is-sostituzzjonijiet ta’ Hibernians ma għenu xejn lilhom u f’xi ħinijiet naqsu r-ritmu. Id-differenza nħasset anki fid-difiża fejn Gżira kienu aktar aggressivi, b’Hibernians iħallu spazji li minnhom Athleta ħadu vantaġġ.
Wara bidu bilanċjat, Hibernians ħasdu lil Gżira b’konklużjonijiet mill-bogħod ta’ Chad Patus u Lizuar biex temmew l-ewwel sessjoni 21-14 minn fuq. Hibernians bdew tajjeb it-tieni sessjoni, b’Gżira bdew jilagħbu aħjar fejn taw ftit spazju lill-avversarji fl-attakk.
Huma mhux biss irkupraw iżda b’xutt mill-bogħod ta’ Omar Said marru 30-29 minn fuq. Wara reazzjoni ta’ Hibernians, Athleta reġgħu ħadu kontroll u marru basket vantaġġ sal-mistrieħ 39-37.
Athleta komplew ikunu ftit aħjar anki wara l-mistrieħ biex sal-ħames minuta kabbru l-vantaġġ għal seba’ punti. Bir-reazzjoni ta’ Hibernians ma tasalx, Athleta bdew l-aħħar għaxar minuti 64-55 minn fuq.
Wieħed stenna reazzjoni ta’ Hibernians, iżda din ma waslitx, b’Gżira jitilfu lil Jon Feiler bil-ħames fawl. Madankollu huma komplew ikunu l-aħjar tim biex aċċertaw li rebħu l-ewwel finali.
It-tieni logħba tintlagħab l-Erbgħa li ġej.
//= $special ?>