Lokali

Il-minimu ta’ żgħażagħ fl-Eżekuttiv tal-PN se jitla’ għal 14

Fil-Kunsill Ġenerali tal-PN illum tressqet l-emenda li permezz tagħha ġiet introdotta fergħa ġdida fil-Partit Nazzjonalista – il-fergħa ‘Team Start’ li se tkun qed tiġbor fiha żgħażagħ ta’ bejn l-14 u s-17-il sena.

Dwar dan tkellem Joseph Grech, President tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN).

Bil-bidliet li ġew preżentati, il-minimu ta’ żgħażagħ fl-Eżekuttiv tal-PN se jitla’ għal 14.

Il-President tal-MŻPN qal illi l-futur ta’ pajjiżna irid ikun imfassal miż-żgħażagħ.