IL-Papa Franġisku l-Ġadd appella li l-ħajja trid tkun protetta mill-konċepiment sat-tmiem naturali.
Hu qal dan waqt ir-Regina Coeli, fejn stqarr li l-imħabba lejn oħrajn ma tistax tkun riservata biss għal mumenti eċċezzjonali imma trid tkun konstanti matul il-ħajja. Għalhekk, qal il-Papa, wieħed irid jgħożż l-anzjani bħala teżor u bl-imħabba, anki jekk joħolqu problemi ekonomiċi u problemi, wieħed irid dejjem jgħożżhom.
L-istess għall-morda, fejn il-Papa qal li anki fl-aħħar fażi ta’ ħajjithom, dawn iridu jingħataw l-assistenza kollha possibbli.
Il-Papa jħeġġeġ il-protezzjoni tal-ħajja


