Raġel mill-Burkina Faso weħel multa ta’ kważi €4,000 wara li nqabad b’somma flus iktar milli permess bil-liġi u mhux dikjarati fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Ouiya Boureima twaqqaf mill-uffiċjali tal-immigrazzjoni fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bi €15,000 fi flus kontanti hekk kif kien se jħalli pajjina lejn it-Turkija.
Malli twaqqaf, l-akkuat gideb u qal biss li kellu €1,500 ida fil-verità kellu €15,000, jew €5,000 iktar milli suppost fi flus kontanti.
Il-Maġistrat Doreen Clarke ikkundannat lil Boureima għal multa ta’ kwart il-flus li kellu fil-pussess tiegħu, jiġifieri €3,750.
//= $special ?>

