Lokali

Mara ssofri ġrieħi gravi wara inċident bil-quadbike

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Mara ta’ 27 sena residenti Birkirkara sofriet ġrieħi gravi wara inċident bi quadbike fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa.

L-inċident seħħ il-Ħadd fl-10:15 meta. Il-mara, li kienet passiġġiera, sofriet ġrieħi wara li l-quadbike tat-tip Kymco li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa tilef il-kontroll u kellu impatt ma’ crash barrier.

Is-sewwieq ukoll sofra xi ġrieħi, għalkemm ħfief, bil-mara li ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei għall-Kura. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.