Sport Sport Ieħor

Marc Marquez jirbaħ fi Spanja u jitla fil-quċċata tal-klassifika tal-Moto GP

Marc Marquez (Ritratt: EPA)

Marc Marquez rebaħ it-tiġrija ta’ pajjiżu f’Jerez fi Spanja, biex tela’ fil-quċċata tal-kampjonat tal-Moto GP, wara li l-Britanniku Cal Crutchlow spiċċa barra wara li kien beda mill-pole position.

Ir-rivali ta’ Marquez, Andrea Dovizioso, Jorge Lorenzo u Dani Pedrosa spiċċaw barra fl-istess inċident, bi tmien tiġrijiet għal tmiem it-tiġrija. Il-Franċiż Johann Zarco spiċċa distakkat fit-tieni post, segwit mit-Taljan Andrea Iannone.

B’hekk Marquez li beda t-tiġrija mill-ħames post, issa rebaħ żewġ tiġrijiet konsekuttivi. Fil-klassifika tas-sewwieqa, Marquez jinsab b’70 punt, segwit minn Zarco bi 58 punt, u Maverick Vinales b’50 punt.

Is-seba’ darbiet Champion tad-Dinja Valentino Rossi spiċċa l-ħames, filwaqt li laħaq tragward important, hekk kif qabeż l-40,000 kilometru minn meta ddebbutta fil-Grand Prix tal-Malasja lura fl-1996.

Tags