Internazzjonali

Netanyahu jwissi lill-Iran

Il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu l-Ħadd wissa lill-Iran li qed jipprovdi armi avvanzati lis-Sirja. Armi li huma ta’ theddida għal Iżrael u stqarr li kien aħjar li wieħed jikkonfronta l-Iran illum qabel għada.
Waqt li l-Ħadd kien qed ikellem lill-Kabinett, Netanyahu qal li Iżrael ma riedx eskalazzjoni imma kien lest għal kwalunkwe eventwalità.
Il-kummenti ta’ Netanyahu saru hekk kif il-President Amerikan Donald Trump qed jikkunsidra jekk jirtirax l-Istati Uniti mill-ftehim nukleari tal-2015 mal-Iran. Ftehim li kien wassal biex l-Iran irażżan l-ambizzjonijiet nukleari tiegħu.