Internazzjonali

Salvati aktar minn 400 immigrant barra l-kosta Spanjola

ritratt mill-arkivji

Il-forzi marittimi Spanjoli ħabbru li kienu salvaw 476 immigrant tul perjodu ta’ jumejn. Dan hekk kif it-temp bnazza u immigranti reġgħu bdew jippruvaw jaqsmu mit-Tramuntana tal-Afrika lejn l-Ewropa.
Is-salvataġġ sar bejn il-Ġimgħa u s-Sibt u l-immigranti kienu abbord 15-il biċċa tal-baħar differenti. Ma kien hemm ebda rapport ta’ vittmi.
Uffiċjali qalu li bit-temp bnazzi li beda jagħmel, ingħatat spinta għall-vjaġġi ta’ immigranti fil-Mediterran tul il-fliegu ta’ Ġibiltà.