SAN ĠILJAN TUM INVEST…..7
SIRENS GREENTUBE………….6
(1-2), (2-0), (2-1), (2-3)
San Ġiljan Tum Invest rebħu l-Kampjonat BOV tax-xitwa għat-tielet sena konsekuttiva wara li fil-finali għelbu lil Sirens Greentube f’logħba missielta. Din il-logħba kienet milgħuba bejn l-aħjar żewġ timijiet tul il-kampjonat u t-taqtigħa bejn it-tnejn fil-partita kienet konferma ta’ dan.
Din ir-rebħa kienet l-40 waħda konsekuttiva għal San Ġiljan li ma setax kellhom jinkurunaw dan it-tragward b’mod aħjar, bir-raba’ suċċess tagħhom. f’din il-kompetizzjoni. Dan it-trofew hu wkoll l-għaxar wieħed mill-aħħar 11-il kompetizzjoni lokali, xhieda tad-dominju li għandhom San Ġiljan bħalissa.
Minkejja li ħarġu fuq in-naħa telliefa, Sirens xorta jistħoqqilhom tifħir b’kampjonat pożittiv li flimkien mal-barrani tagħhom għandhom jagħtu sfida denja għar-rebħ tal-unuri fis-sajf.
San Ġiljan kellhom idawru l-logħba wara li Clint Mercieca u Charlie Zammit taw vantaġġ doppju lil Sirens. Ben Plumpton naqqas id-distakk fl-ewwel sessjoni u dawru l-iskor fit-tieni sessjoni b’doppjetta ta’ Matthew Zammit.
John Brownrigg wieġeb għal gowl ta’ Andreas Galea, iżda l-captain Matthew Zammit assigura li l-vantaġġ tal-Ġiljaniżi jibqa’ żewġ gowls.
Sirens baqgħu fil-logħba, u sa tliet minuti fl-aħħar sessjoni, irnexxielhom iġibu d-draw meta ħadu ż-żewġ okkażjonijiet li kellhom minn man-ups.
Minkejja din il-ħasda, San Ġiljan reġgħu bnew vantaġġ doppju, bir-raba’ gowl ta’ Matthew Zammit u gowl ieħor ta’ Ben Plumpton f’anqas minn minuta. Jacob Sciberras assigura tmiem eċċitanti tal-logħba b’gowl bi ftit anqas minn tliet minuti għal tmiem il-logħba.
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg, A. Galea (1), B. Grech, M. Zammit (4), B. Plumpton (2), C. Farrugia, T. Said, D. Zammit, P. Fava, D. Zammit, T. Micallef
Sirens: N. Grixti, J. Zerafa Gregory, E. Aquilina, P. Privitera, M. Grech, I. Riolo (1), C. Mercieca (1), J. Sciberras (1), J. Napier, C. Zammit (1), L. Caruana, J. Brownrigg (2), O. Gauci
Referees: Massimo Angileri, Marco Piano
SLIEMA FRANK SALT………….9
NEPTUNES LEO VEGAS……….7
(2-1), (2-4), (1-2), (4-0)
Sliema: J. Sammut, J. Gabarretta (1), D. Fenech (1), M. Carani, M. Meli (1), K. Dowling, M. Spiteri Staines (3), J. Saliba, M. Cordina (1), Z. Galea Mule, Z. Mizzi (1), N. Bugelli (1), Z. Sciberras
Neptunes: A. Borg Cole, N. Lanzon, K. Erdogan, G. Pace (2), J. Culic, M. Cutajar, N. Zammit, J. Camilleri (2), J. Abela (1), M. Zammit (1), J. Muscat (1), M. Azzopardi (1), F. Buhagiar
Referees: Peter Balzan, Massimo Savarese
VALLETTA VIDEOSLOTS……..3
EXILES JETFREIGHT………….6
(1-1), (2-1), (0-1), (0-3)
Valletta: R. Sciortino, J. Spiteri Staines, N. Farrugia, M. Mifsud, T. Agius (2), R. Mock (1), D. Paolella, N. Bonello Ghio, M. Lanzon, A. Agius, K. Galea, L. Gialanze, R. Bonnici
Exiles: M. Castillo, C. von Brockdorf, A. Bianchi, M. Stellini (2), T. Sullivan (1), S. Xerri de Caro, M. Fenech, P. Paris, N. Paris, A. Cousin (2), B. Lanzon (1), G. Ciappara
Referees: Stefan Licari, Marco Piano
Klassifikazzjoni finali tal-Kampjonat Premier
1. San Ġiljan
2. Sirens
3. Sliema
4. Neptunes
5. Exiles
6. Valletta
//= $special ?>