Lokali

99 arrestati fuq droga f’ħamest ijiem madwar Malta!

Fl-aħħar ħamest ijiem il-Pulizija arrestat 99 persuna ta’ eta’ bejn it-18 u l-45 sena fuq pussess ta’ sustanzi llegali suspettati kokaina, ecstacy, raża tal-kannabis kif ukoll ħaxixa tal-kannabis.

L-arresti saru minn diversi postijiet ta’ divertiment madwar Malta.

Ir-reati li bihom ser jiġu akkużati dawn il persuni jvarjaw minn pussess għall-użu personali sa traffikar tal-istess sustanzi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.