Is-sħana tas-Sajf donnu li qed tibda tinħass sew. Dan minkejja li għadna f’nofs l-istaġun tar-Rebbiegħa.
Dan li qed taraw hu ritratt li tpoġġa’ fuq Facebook illum u li juri mara illi ma ddejqet xejn tintefa’ tixxemmex fuq il-ġenb tal-funtana tat-Tritoni.
Uħud ħadu din l-azzjoni b’serjeta’ kbira u sostnew li dan kollu hu “nuqqas ta’ rispett lejn il-kapitali”.
Oħrajn kienu kemm xejn aktar umoristiċi quddiem din ix-xena, b’raġel partikolari jgħid “ma nafx kif ma qabżitx fil-funtana!”
Finalment tliet uffiċjali tal-Pulizija ntbagħtu biex iwissu lill-mara u jordnawlha tiċċaqlaq minn fuq it-Tritoni, kif ukoll li ma tibqax b’ilbies tal-baħar hekk kif f’pajjiżna dan hu llegali sakemm mhux max-xatt jew fuq xi bajja.
//= $special ?>