Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema qed jitlob informazzjoni biex jiskopri kif siġra tneħħiet mill-Ferries bla ma ħadd induna.
Il-każ jidher li seħħ matul il-lejl fi Triq ix-Xatt. U b’sorpriża, dalgħodu r-residenti taz-zona qamu u sabu s-siġra li kienet “sparixxiet”.
Il-Kunsill Lokali ma ta l-ebda permess biex titneħħa din is-siġra. Mir-ritratti, hu ċar li s-siġra ġiet issegata minn naħa ta’ isfel tagħha.
Il-pubbliku qed ikun imħeġġeġ jagħti kull informazzjoni anke b’mod anonimu fuq 2133 7633.
//= $special ?>