Lokali Parlament

Ebda prova kontra Jason Azzopardi….it-tattiċi tal-PL ma ħadmux kontra min kixef il-korruzzjoni

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi rreaġixxa għar-rapport tal-Awditur Ġenerali li ma sab xejn irregolari kontrih fil-każ dwar id-dar f’Santa Luċija u qal li dawn l-attakki u allegazzjonijiet infondati huma tattiċi tal-PL kontra min jikxef il-korruzzjoni.

Fl-Aġġornament Jason Azzopardi qal li hu ngħata raġun mill-Awditur Ġenerali li f’rapport dwar investigazzjoni li damet iktar minn sena u nofs li bdiet wara ittra anonima f’Jannar 2016. Din hi storja li turi t-tattiċi faxxisti ta’ tfigħ ta’ tajn mill-PL kontra min ikun qed jkkxef l-iskandli ta’ korruzzjoni.

F’Mejju 2015 The Times ippubblikat storja li xxukkjat lill-poplu dwar l-sikandlu ta’ Gaffarena fi Strada Zekka, li għamel qligħ ta’ mijiet ta’ eluf ta’ ewros f’xahrejn. Jason Azzopardi kien minn ta’ quddiem li jikkritika il-ftehim korrott ta’ Gaffarena fi Strada Zekka.

L-Awditur Ġenerali kien ikkonferma li kien hemm ftehim bil-moħbi biex sar il-ftehim oxxen. Il-Qorti ddikjarat li l-ftehim kien llegali iżda l-Kummissarju tal-Pulizija għadu rieqed għax għandu obbligu jieħu passi kriminali. L-Avukat Ġenerali u l-Kummissarju raqdu għax jiddefendu lill-kriminali.

Dwar il-każ tiegħu Jason Azzopardi spjega li lejn tmiem l-2015, ġurnal ewlieni irċieva envelope b’allegazzjonijiet dwaru. Il-ġurnal kien kellmu u hu kien mar jispjega l-każ.

F’Jannar 2016, waslet ittra anomina fl-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali kontra Jason Azzoparid meta fl-2011 kien xtara d-dar f’Santa Uħija. Hu kien appella biex isiru l-investigazzjonijiet kollha għax ma kellux minn hix jistħi.

L-Awditur ikkonferma li lanqas sab irregolarità etika, xi irregolarità oħra amministrattiva jew mod ieħor.
Jason Azzopardi qal li l-Awditur qal li kien il-gvern li fl-2008 ħaħbbar li kien se jitratta l-iskema tad-djar fir-Rabat u f’Sta Luċija minħabba li hemm kien hemm l-ikbar ammont ta’ nies li jistgħu jibbenefikaw b’madwar €800,000.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-allegazzjonijiet li kienu miċħuda mill-Awditur Ġenerali juri li l-PL jitfa’ t-tajn meta jkun dahru mal-ħajt. Din hi l-arma tal-PL, sostna Jason Azzopardi, li kompla li l-PL mhux se jirnexxielu għaliex is-sewwa hu fuq in-naħa ta-PN u għax is-sewwa dejjem jirbaħ anki jekk idum u jbati.