Lokali

FILMAT: “Il-PN se jibqa’ jisma’ u jitkellem man-nies” – Adrian Delia

Permezz tad-djalogu man-nies l-Partit Nazzjonalista se jinplementa dawn l-ideat diskussi fi proposti, li se juru li l-PN huwa tassew l-alternattiva mistħoqqha.

Dan kien il-kliem tal-Kap tal-PN Adrian Delia f’diskors ta’ introduzzjoni fil-Każin tal-PN f’Raħal Ġdid fejn fost il-punti dikussa il-Kap tal-PN tkellem fuq l-Edukazzjoni u l-Enerġija.

Adrian Delia qal li flok sar investiment biex jitkompla x-xogħol li kien qed isir mill-amminisrrazzjoni Nazzjonalista, l-investiment bħalissa qisu staġna. Dan qed iwassal li l-edukazzjoni f’pajjiżna tkun mhedda.

Il-Kap tal-PN elenka l-fatt fuq il-problema tan-nuqqas ta’ għalliema, u kif dan is-settur mhux qed jressaq kemm hu xieraq studenti li jridu jidħlu f’dan il-qasam. Nuqqas ta’ konsultazzjoni mal-edukati qed twassal għal din il-problema ewlenija.

“Flok qed ikollna surplus fis-settur edukattiv, qed ikollna deficit fuq l-edukazzjoni ta’ uliedna. “

Adrian Delia qal ukoll li hija inkwetanti.l-affari li Malta għandha rata baxxa ta’ żgħażagħ ta’ 15, 16-il sena, imqabbla ma’ pajjiżi oħra fl-UE li mhux ikomplu l-istudji tagħhom.

Fuq bażi ta’ enerġija l-Kap tal-PN qal li l-investimenti li kien għamel il-Partit fil-Gvern intużaw kollha u bix-xieraq mill-gvern Laburista, iżda issa hija inkwetanti ferm li saru kuntratti fit-tul taħt Gvern Laburista li qed isarfu ta’ piż fuq il-poplu Malti. Adrian Delia saqsa fuq fejn marru l-40 miljun dollaru, u min ħallas għalihom?

Min-naħa l-oħra huwa spjega sew fuq dak li qed jiġri fit-tnaqqis tal-kont tad-dawl u l-ilma u fuq kif il-gvern qed japprofita ruħu mis-sitwazzjoni. Dan billi r-rebate qed jiffukah fuq ix-xhur fejn fih il-konsum tal-elettriku ikun anqas.

Huwa qal li din hija d-definizzjoni tal-koruzzjoni, meta xi ħadd jagħmel xi ħaġa ħażina, jieħu l-flus minn fuq dawk li jifilħu ftit, meta xi ħadd jagħmel xi ħaġa li m’għandux jagħmel.

Il-Kap tal-PN Adrian Delia qal li l-PN se jibqa’ jisma’ u wiegħed li mid-djalogi li qed isir man-nies, il-PN se jippreżenta proposti li jkunu xierqa lejn il-poplu Malti kollu.