Lokali

Għar-raba’ darba f’inqas minn xahar diversi lokalitajiet spiċċaw bla dawl

Bosta lokalitajiet fin-naħa t’isfel ta’ Malta illejla spiċċaw bla dawl – għar-raba ‘darba f’inqas minn xahar.

Diversi persuni esprimew it-tħassib tagħhom fuq il-midja soċjali, kif ukoll tkellmu ma’ Net News – hekk kif saħqu li l-provvista tal-elettriku qed tmur u tiġi bir-riskju li jkollhom xi ħsarat fl-‘appliances’ tad-djar jew saħansitra fil-ħwienet.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-provvista tal-elettriku inqatgħet  jew f’xi waqtiet bdiet tiġi u titlaq għal madwar nofs siegħa fost oħrajn f’Ħaż-Żabbar, Birgu, Bormla, Isla, Kalkara, Fgura, Ħal Tarxien, Santa Luċija, Żejtun u Birżebbuġa.