Lokali Mużika

“Ħafna għandhom aġenda distruttiva” – Christabelle tħabbar li mhux se tuża Facebook

Il-kantanta Maltija tinsisti "ma nafx x'nista' nagħmel aktar"

“Din il-ġimgħa mhux se nkun qed nuża daqstant Facebook. Qed nipprova noqgħod ‘il bogħod min-negattivita’ li ċertu Maltin qed ixerrdu”.

Hekk qalet il-kantanta Maltija Christabelle illi bħalissa tinsab f’Lisbona fil-ġimgħa tal-Eurovision Song Contest.

Christabelle stqarret illi f’dan il-punt “ma tafx x’tista’ tagħmel aktar”. U kien hawn illi irrngrazzjat lill-eluf ta’ Maltin u Għawdxin li qed juru appoġġ kbir lejha.

Skont il-kantanta, il-media internazzjonali qed tpoġġi l-kanzunetta Taboo mal-favoriti ta’ din is-sena.