Lokali

RITRATII: Ħerba sħiħa fi blokka t’appartamenti wara argument f’Buġibba

Residenti ta’ blokka ta’ appartamenti fi Triq it-Turisti f’Buġibba spiċċaw maħsuda wara ġlieda qalila bejn grupp ta’ barranin li jikru wieħed mill-appartamenti.

Il-każ seħħ matul il-ġurnata tat-Tnejn meta nqala’ argument li eskala u kompla fil-komun tal-appartamenti u li wassal sabiex saret ħerba sħiħa. Fost dawn saret ħsara lill-bieb ta’ barra tal-komun, affarijiet maqluba u saħansitra titjir tad-demm fit-taraġ u tul il-ħitan tal-kuritur.

Residenti tal-istess blokka esprimew ir-rabja tagħhom għal dan l-aġir, imma wkoll biża’ aktar u aktar meta fl-istess blokka jgħixu tfal. Infatti, f’wieħed mir-ritratti wieħed jista’ jara ‘push-chair’ maqluba qalb it-tixrid tad-demm.

Minkejja li Net News ikkonferma li dan il-każ seħħ, kelliema għal pulizija qaltilna li s’issa ma saru l-ebda rapporti.