– Ryan Callus, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus qal li l-punt kardinali bejn il-PN u l-PL hu li l-Gvern Laburista ma jemminx li għandu jagħti protezzjoni lill-embrijuni.
Fid-dibattitu dwar l-IVF Ryan Callus qal li l-Kummissarju tat-Tfal hi favur l-iffriżar tal-embrijun; dan imur kontra l-interessi tal-embrijun. Mhux minnu li ta 16-il sena l-embrjuni se jkollhom iddritt li jkunu jafu min huma l-ġenituri natruali tagħhom. Dan meta l-lii se toħloq orfni għaliex it-tfal mhux se jkollhom aċċess għall-identità tal-ġenituri.
Il-Kummissarju tat-Tfal hix itddefenddi l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u mhix tiddefendi l-interessi tat-Tfal. Il-Kummissarju jew ma qratx l-abbozz jew interpretartu ħażin. Mhux ġust li t-tfal ma jkollhomx id-dritt li jkunu jafu min huma l-ġenituri tagħhom.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar it-tfal li se jitnisslu minn ġenituri prospettivi u qal li t-tfal se jibqgħu jistaqsu min huma l-ġenituri bijoloġiċi tagħhom. Il-gvern għandu jbiddel il-punt tal-anonimità, sostna Ryan Callus, li kkritika ċertu kummenti ta’ Dr.Mark Sant favur l-anonimità u sostna li dawn kienu kummenti xokkanti.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li hu ovvju li t-tfal se jfittxu lill-ġenituri bijoloġiċi tiegħu u sostna li din is-sitwazzjoni tista’ toħloq problemi għal dawn it-tfal li jkunu qed ifittxu l-identità u lill-ġenituri tagħhom. F’pajjiżi barranin l-anonimità hi pprojbità.
Dwar meta tibda l-ħajja umana, Ryan Callus qal li grupp ta’ xjentisti ddikjaraw li l-ħajja tibda mal-fertilizzazzjoni li hi ġenitikament distinta. Hu kkritika lill-Ministru Ferane li qal li l-embrijun hu biss tmien ċelloli u staqsa kif il-Ministru Fearne ddefinixxa min hu jew min mhux uman. Għall-gvern, il-ħajja hi biss numru ta’ ħajja waqt li għall-PN il-ħajja hi l-bidu tal-konċepiment.
Dwar l-iffriżar tal-embrijuni, Ryan Callus qal li l-embrijun hu ħajja ta’ bniedem fi stat bikri bid-drittijiet fundamentali li jgħixu. Il-liġi iġġib biża’ li jkun hawn numru ta’ embrijuni bla garanzija li jitwieldu. L-eċċezzjoni issa qed issir ir-regola; il-gvern mhux jitkellem fuq id-dritt tal-embrijun għaliex dawn m’għandhomx vuċi.
Dawn il-proposti huam diskriminatorji bejn l-embrijuni li se jgħixu ud awk li se jkunu kundannati għall-friża sakemm issir addozzjoni għalkemm m’hemmx garanzija li kull embrijun se jkun adottat. Il-Gvern m’għamilxx konsultazzjoni wiesa’ dwar kif se teffettwa s-soċjetà. Għandu jkun ikkunsidrat li diversi pajjiżi Ewropej neħħew is-surraggazzjoni waqt li l-Parlament Ewropew ukoll ikkundannaha.
Ryan Callus sellem lill-President ta’ Malta, lil Dr.Andrew Azzopardi li tkellmu u qal li tkellmu wkoll 100 akkademiku li qalu li dawn se jżidu l-orfni u se jkun hemm surplus tal-embrjuni li ħafna minnhom se jkunu abbandunati fi friża ta’ perpewità. Il-liġi se jikkreaw aktar embrijuni mili hi d-domanda.
//= $special ?>