Lokali Parlament

Il-parlament Ewropew ikkundanna s-surrogazzjoni

– David Stellini, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Stellini sostna li l-parlament ewropew ikkundanna s-surrogazzjoni għaliex din iġġib lill-mara bħala oġġett.

Fil-parlament David Stellini qal li fl-UE m’hemmx liġi li kull stat membru hu obbligat idaħħal liġijiet simili għal dik tal-IVF. L-UE tirrakomanda u dwr is-surrogazzjoni l-parlment Ewropew ikkudunnaha, fejn anki l-liberali, il-Ħodor, il-feministi, is-Soċjalisti u d-Demokristjani ingħaqdu flimkien kontra s-surrogazzjoni għaliex din titratta lin-nisa bħala oġġett. Din hi forma ta’ vjolenza kontra n-nisa, stabilixxa l-Parlament Ewropew.

Dwar id-donazzjoni tal-gameti, id-deputat Nazzjonalista qal li hemm stati fl-UE li ma jaċċettawx surrogazzjoni u hemm stati oħra li ma jaċċettawx is-surrogazzjoni alruwista waqt li oħra jaċċettawha. Fl-UE m’hemmx xejra legali waħda u m’hemmx kunsens fl-UE dwar dan. Hu saħaq ukoll fuq l-importanza li għandhom jingħataw it-tfal li jitwieldu mis-surrogazzjoni fis-soċjetà Maltija.