– Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco appella biex iż-żmien jintuża għar-riflessjoni u jingħata widen għal min qed jitkellem – bħal-akkademiċi – kif ukoll għal min ma jistax jitkellem – bħall-embrijuni.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-IVF, Mario de Marco qal li l-parlament għandu jirrispetta l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, partikolarment l-Uffiċċju tal-President li tat il-parir li d-dibattitu jtiwal beix jinstemgħu iktar vuċijiet. Hu kompla li din hi liġi delikata ħafna għaliex toħloq drititijiet ġodda. L-iskop ta kull liġi hu li jkun hemm bilanċ bejn id-drittijiet biex is-soċjetà issir iktar ġusta.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-IVF tgħin lill-eprsuni u lill-koppji li jkollhom il-benefiċċju li jkollhom it-tfal u li jiffurmaw familja. HU żied li fl-2012 inħolqot liġi li tipprova tirregola l-IVF b’mod bilanċjat tant li kienet approvata minn kulħadd. Apparti d-dritt tan-nies li jkollhom it-tfal u familja, hemm ukoll il-protezzjoni tal-embrijuni. Il-liġi ma titkellimx biss fuq drittijiet ta’ min jixtieq ikollu t-tfal.
L-intenzjoni tal-liġi huma tajbin biex jgħinu lill-koppji li jixtiequ jkollhom it-tfal iżda ma jistgħux u jixtiequ jirrikorru għall-IVF. Il-bilanċ tal-liġi tal-2012 se jinqaleb, se jibqa hemm se jkun hemm żbilanċ bejn l-interessi tal-embrijuni u min jixtieq ikollu t-tfal? Din se tibqa’ liġi ta’ protezzjoni tal-embrijuni?, staqsa Mario de Marco.
Il-gvern hu nieqes mis-sensittività meħtieġa, sostna Mario de MArco, li komppla li l-pajjiż kien jeħtieġ konsultazzjoni wiesa’. Hu semma d-dikjarazzjoni tal-akkademiċi u qal li d-dokument fih ħafna punti validi. L-akkademiċi jsostnu li l-liġi ma tikkunsidrax il-konsultazzjoni tal-2015, li l-fokus tal-emendi propsoti huma iktar biex jakkomodaw lil dawk li jridu jagħmlu l-IVF a skapitu tal-embrijuni u li l-embrijuni kienu relegati minn drittijiet indipendenti għal prodott għal min jixtieq ikollu t-tfal u ġew komodità. L-akkademiċi sostnew li fil-liġi hemm disprispett lejn l-embrijuni efjn se jkun hemm surplus ta’ embrijuni. Fl-2012 l-iffriżar tal-embijiuni kienet l-eċċessi waqt li issa se ssir ir-regola.
Mario de Marco qal li għal min jemmen li ċ-ċeloli huma ħajja f’embrijuni, id-dilemma issr kwistjoni morali u aktar legali. Dwar x’isir mill-embrijuni iffriżati, Mario de Marco qal li m’hemmx suq faċli ta’ nies li jridu jaddottaw lil dawn l-embrijuni li ma jkunux użati.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar is-surrogazzjoni, u qal li hemm problema kbar tant li hemm biss ħames pajjiżi fl-Ewropa li jaċċettawha.
//= $special ?>