Illejla jissokta l-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista b’laqgħa mal-attivisti fil-Każin tal-PN f’Raħal Ġdid.
Fil-laqgħa, li tibda fis-7pm, il-Kap tal-PN Adrian Delia se jkun qed jisma’ lill-attivisti u jwieġeb id-domandi tagħhom.
It-tema ta’ dan il-Kunsill Ġenerali hi ‘Infasslu Futur Flimkien’, bil-laqgħat jissoktaw għada fil-Każin tal-PN f’Birkirkara. L-Erbgħa imbgħad se jkun qed jitfakkar Jum l-Ewropa b’attivita’ fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Il-Kunsill Ġenerali tal-PN jagħlaq nhar il-Ħadd li ġej bid-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.
//= $special ?>