Lokali

Ingliż ferut gravi wara ġlieda f’San Pawl il-Baħar

Ingliż ta’ 26 sena spiċċa l-isptar wara argument li seħħ kmieni dalgħodu f’San Pawl il-Baħar.

Kien għall-ħabta tas-7am meta l-Pulizija ġew imsejjħa jintervjenu fi Triq il-Kavett fejn qam argument bejn Ingliż ta’ 26 sena u żagħżugħ Malti ta’ 22 sena minn San Pawl il-Baħar stess – argument li fih intużat arma bil-ponta.

Il-Malti spiċċa ħarab mill-post filwaqt li l-Ingliż kellu jittieħed l-Isptar minħabba l-ġrieħi serji li ġarrab.

Hu jinsab rikoverat f’Mater Dei għal aktar osservazzjonijiet.

Il-Maġistrat Marsanne Farrugia ħatret inkjesta.