Brittaniku ta’ 55 sena residenti Għajnsielem kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur.
Il-każ seħħ ftit wara s-sagħtejn tat-Tnejn waranofsinhar fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija, meta għal xi raġuni mutur tat-tip Yamaha misjuq mill-Ingliz spiċċa ntlaqat minn vettura misjuqa minn zagħzugħ ta’ 19-il sena miż-Żebbuġ, Għawdex.
Fuq il-post issejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lis-sewwieq tal-mutur l-isptar għal aktar kura. Huwa ġie ċċertifikat li kien qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>