Lokali Parlament

Liġi li hi bir bla qigħ dwar x’jista’ jiġri fil-futur

– Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Feench Adami qal li l-liġi dwar l-IVF kif proposta mill-gvern se tiftaħ bir bla qigħ dwar x’jista’ jiġri fil-futur minħabba li ma toffrix il-protezzjoni meħtieġa lill-embrijun.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-IVF Beppe Fenech Adami qal li din hi kwistjoni li teffetwa lil dawk li kellhom problemi biex ikollhom it-tfal u għalhekk kulħadd irid ikun sensittiv meta jitkellem dwarha. Hu għamel apoloġija jekk f’xi mument mhux intenzjonalment jista’ jweġġa’ lil xi ħadd li jkun għaddej minn tbatija. Beppe Fenech Adami qal li hemm ħafna li weġġgħu bid-diskorsi li saru fl-aħħar ġrant fil-parlament fosthom il-ġenituri li ġarrbu t-telfa tat-tarbija fil-ġuf.

Id-deputat Nazzjonalista qal li n-nies weġġgħu meta l-Ministru Chris Fearne qal li l-embrijun hu biss tmien ċelloli u mhux ħajja umana. Dan nikket lil ħafna nies u inkwetat ħafna nies. Din kienet stqarrija li feħtet il-bieb ta’ bir dwar x’jista’ jiġri minn dawk li għall-PL huma tmien ċelloli iżda għall-poplu huma ħajja umana.

In-nisa li għaddejjin minn din it-tbatija tat-trattament m’humiex nies egoijisti għaliex dawn in-nisa huma altrwusti. Id-deċiżjoni għall-politiku hi diffiċli għaliex iċ-ċavetta ta’ kollox hi jekk l-embrijun hu bniedem. Min jemm li l-embrijun hu bniedem allura ma jistax jivvota favur din il-liġi iżda min ma jemminx dan allura jkun irid jivvota iva u jinfetaħ bieb bla qigħ għal affarijiet li jistgħu isiru fil-futur.

Beppe Fenech Adami tkellem dwar jekk embrijun hux uman u qal li uman hu dak li għandu l-aspetti fiżiċi u għandu l-essenza tal-umaniżmu fih. Persuna umana hi xi ħaġa ħajja li timxi, għandha moħħ, tirraġuna u tingħaraf mill-annimali. Il-ħajja umana tmur lil hinn mill-aspett fiżiku tant li min jitlef idejh jew saqajh jew li ma jaħsibx xorta hu uman. Hu evidenti li l-ħajja umana tmur oltre l-apparenza.

Il-liġi mhux tagħti l-proetzzjoni lill-embrijun li hu uman u għalhekk jistħoqqlu kull protezzjoni oħra. Il-valur tal-ħajja ma jistax jingħata prezz; f’din il-lill-embrijun qed jingħata prezz. Il-liġi qed tiddistingwi bejn embrjiun b’saħħtu u embrijun li jkun iffriżat sakemm imut.

Beppe Fenech Adami appella biex il-liġi titwaqqaf u ssir riflessjoni għaliex l-embrijun hu uman.