Lokali Parlament

Malta m’għandix issir ċentru ta’ surrogazzjoni… liġi i tista’ tkun l-ewwel pass lejn l-abort

– Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea appella biex Malta ma ssirx ċentru internazzjonali tas-surrogazzjoni u sostna li din il-liġi tista’ tkun l-ewwel pass ljen l-abort.

Fil-parlament, id-deputat Nazzjonalista Mario Galea qal li fl-embrijuni iffriżati se jkollhom inqas ċans li jgħixu u hemm iktar ċans li dawn imutu. Għalhekk koppja LGBTIQ probabbilment imorru għall-għażla li jagħtu l-isperma jew il-bajda tagħhom għat-tarbija.

Din is-sitwazzjoni se twassal għal ammont ta’ embrijuni ffriżati bil-konsegwenza li se jkun hemm surplus ta’ embrijuni li mhux se jittieħdu. Hemm possibbiltà li mara toħroġ tqila minn persuna li jkun ferm viċin tagħha; aħwa jistgħu jispiċċaw jiżżewġu lill-aħwa. Din il-possibbiltà li ferm iktar f’pajjiż żgħir bħal Malta.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li fil-liġi m’hemmx xejn dwr ħlas f’każ ta’ surrogazzjoni jew fl-għoti tal-bajda. Il-liġi mhix ċara dwar dan is-settur, sostna Mario Gala, li staqsa x’jiġri mill-embrijuni iffriżati f’każ li l-koppja tissepara. Hu staqsa x’se jiġri jekk koppja tirrifjuta tarbija b’diżabbiltà, kif ġara barra minn Malta. M’hemm l-ebda riferenza għal dan fil-liġi. L-Oppożizzjoni ma tridx li Malta ssir mekka tas-surrogazzjoni; fil-pajjiż m’hawnx kunsens dwar din il-liġi.

Il-Gvern għandu jħallas il-mediċini tal-IVF, li jisgħu jitilgħu sa €1,000 kull ċiklu, sostna Mario Galea, li staqsa jekk din il-liġi hix xi ftehim ta’ qabel l-elezzjoni. B’din il-liġi l-embrijuni huma għar-rimi. Din il-liġi tista’ tkun l-ewwel pass lejn l-abort.