Lokali Mużika

“Mara b’qalb kbira” – il-messaġġ ta’ Christabelle lil ommha f’għeluq snina

Għada l-ewwel semi-finali tal-Eurovision

Hekk kif il-kantanta Maltija Christabelle tinsab f’Lisbona għall-finali tal-Eurovision, fuq Facebook hi poġġiet messaġġ mimli emozzjonijiet indirizzat lejn ommha fil-ġurnata ta’ għeluq snina.

Christabelle, li f’Lisbona se tinterpreta ‘Taboo’, tfaħħar il-kwalitajiet kbar li għandha ommha, u tiddeskriviha bħala mara ta’ qalb kbira.

“Iġri narak hawn”, tikteb il-kantanta fil-messaġġ fuq Facebook.

Christabelle tipparteċipa fit-tieni semi finali li ssir il-Ħamis filgħaxija.