Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qalet li jekk il-partit tagħha, id-Demokristjani, is-CDU, irid ikompli jkun relevanti, kien hemm bżonn li jattira aktar nisa fih.
Hi qalet dan waqt li fi tmiem il-ġimgħa kienet qed tindirizza l-fergħa tan-nisa tal-partit. Hi qalet li kien hemm bżonn li s-CDU żżid is-sħubija tan-nisa b’25 fil-mija jekk fl-elezzjoni li jmiss irid jirbaħ aktar minn 40 fil-mija tal-voti. Hi qalet li jekk dan ma jsirx, allura s-CDU mhux se jibqa’ wieħed miż-żewġ partiti dominanti fil-Ġermanja.
Fl-elezzjoni ġenerali li saret f’Settembru, is-CDU u s-Soċjal Demokratiċi tal-SPD kisbu l-agħar riżultat minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, billi kisbu 33 u 21 fil-mija tal-voti rispettivament. Elezzjoni li fiha għall-ewwel darba l-partit estremist tal-lemin, l-Alternativa għall-Ġermanja (AfD) daħal fil-Parlament għall-ewwel darba.
Merkel tgħid li hemm bżonn ta’ aktar nisa fis-CDU


