Kurżitajiet Lokali

Nas Daily jispiċċa Ras Daily…u anke Nas għoġbitu l-idea!

Grupp ta’ żgħażagħ Maltin ħadu l-idea ġenjali ta’ Nas Daily biex jibdew jimitaw il-videos tiegħu, b’laqta Maltija u ferm aktar sarkastika. Il-videos qed jitpoġġew fuq il-paġna ta’ Facebook ‘Ras Daily’, fejn żagħżugħ partikolari ħa l-inkarigu li jimita b’mod eċċellenti lill-istess Nas.

Tant marru tajjeb dawn il-videos li Nas innifsu spiċċa kiteb lill-Maltin u qalilhom li hu se jkun fan ta’ din il-paġna.

Il-paġna ‘Ras Daily’ infetħet ix-xahar li għadda, ftit tal-jiem biss wara li Nas Daily ġie Malta.