Il-PN nieda Fondazzjoni PN, fondazzjoni li se tkun qed tħares lin-nies fil-bżonn, dak li għaddejjin minn xi forma ta’ tbatija, qed jesperjenzaw in-nuqqas.
Din il-Fondazzjoni se tkun ippreseduta minn mart il-Kap tal-PN, Nicky Vella de Framaux.
Il-Fondazzjoni se tkun qed tirsisti bil-ħidma diretta lejn il-familja, li qed jaffrontaw bosta problemi soċjali, li qegħdin fil-bżonn. Dan ġie spjegat tajjeb minn Ivan Bartolo fejn sostna li l-PN mhux biss qed jagħżel li jgħin permezz tas-smiegħ u l-azzjoni fil-politika, iżda qed ifittex li jgħin anki b’mezzi oħra.
Min-naħa tagħa Doris Borg qalet li wieħed mill-prinċipji bażiċi tal-PN huwa li jħaddan il-ħsieb f’ħaddieħor. Din l-idea se tkun qed tagħti aktar kontribut fi ħdan is-soċjetà Maltija.
Il-Fondazzjoni se tkun magħmulha minn Nicky Vella de Framaux, Ivan Bartolo, Antoine Zammit, Doris Borg, Mark Debono, Claudio Scerri u Stanley Zammit.