Lokali

AĠĠORNATA: Jitkellem l-artist li għamel il-graffiti tal-Prim Ministru fl-iskate park

Il-graffiti kienet tpinġiet ftit wara l-qtil ta' Daphne Caruana Galizia

L-artist li għamel il-graffiti tal-Prim Ministru f’Tal-Qroqq preċiża fuq Facebook illi kienu huma stess li neħħew din it-tpinġija. Dan għamlu bħala reazzjoni għall-artiklu li kien ippubblikat minn dan is-sit.

Aktar kmieni din il-ġimgħa, tliet persuni intlemħu fl-iskate park li hemm f’Tal-Qroqq fejn żebgħu ħajt sħiħ b’kulur oranġjo. Dan sabiex titneħħa l-graffiti li kienet turi lill-Prim Ministru Joseph Muscat bis-sigarru f’ħalqu f’nofs ċimiterju.

Is-sorsi ta’ Net News kienu identifikaw lil dawn il-persuni bħala ħaddiema tal-Gvern. Iżda fir-realta’, dawn kienu l-istess nies li għamlu il-graffiti.

Ir-ritratt ġie mibgħut lilna minn persuni terzi.

F’din il-graffiti, waħda mil-lapidi kellha l-kliem ‘In Loving Memory of Malta’.

It-tpinġija kienet saret ftit tal-jiem wara li ġiet assassinata l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.