Residenti fl-Istat ta’ Uttar Pradesh, lejn it-Tramuntana tal-pajjiż, qed jiffaċċjaw ‘terrur sħiħ’ minn gruppi ta’ klieb slavaġ li qegħdin jiġru mingħajr kontroll u li, f’ġimgħa waħda, qatlu tal-anqas sitt itfal fost sensiela ta’ attakki.
It-tfal – bejn il-ħamsa u t-tnax il-sena – inqatlu fil-belt ta’ Sitapur, b’ħafna mill-attakki jseħħu meta t-tfal kienu qed jaqdu xi ħtiġiet barra d-dar, fost każi fejn xi vittmi ‘spiċċaw iċċirkondati mill-klieb’ huma u jiġbru l-frott.
Ir-residenti issa huma kostretti li jżommu uliedhom ċkejknin fi djarhom filwaqt li qed joqtlu kwalunkwe kelb li jsibu quddiemhom.
L-uffiċjali qalu li minn Novembru ’l hawn, f’din iz-zona, inqatlu total ta’ 12 il-tifel u tifla mill-klieb slavaġ. Jidher li l-klieb inkwistjoni saru ferm aggressivi minħabba li ftit qed isibu ikel.
Filwaqt li mhux magħruf kemm il-kelb kienu involuti fl-aħħar attakki, hu minnu li fl-Indja hemm il-miljuni ta’ klieb mingħajr sidien li qegħdin jiġru barra fit-toroq – anki fl-aktar neighbourhoods esklussivi.
Tfal fl-Indja maqtula mill-klieb slavaġ


