‘Viżjoni MŻPN’, it-tnedija ta’ pjan li se jħares bir-reqqa l-ħtieġa u l-ideat taż-żgħażagħ u joħloq pjan fit-tul biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jikber. Dan kien kliem il-President tal-MŻPN Joseph Grech, fl-istess tnedija tal-attività fejn qal li l-MŻPN se tkun qed tressaq iż-żgħażagħ f’direzzjoni ta’ ideat ġodda, li se jħarsu lejn pjan ta’ għaxar snin li ġejjin.
L-ewwel pass għandu jkun ħames konferenzi ta’ diskussjoni fejn permezz tagħhom l-MŻPN se tħaras aktar lejn l-ideat oħra u ġodda taż-żgħażagħ.
Inħarsu lejn ir-realtajiet anki lejn l-addoloxenti, iż-żgħażagħ il-ġodda. Grech tkellem ukoll fuq , il-fergħa l-ġdida tal-PN, TEAM START, li se tkun magħmula minn żgħażagħ tal-etajiet bejn l-14 u s-17-il sena, u li bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva l-Partit Nazzjonalista se jkollu leħen aktar żgħażagħ fl-għola livelli tiegħu, fil-Kumitat Amministrattiv u anki dak Eżekuttiv.
Preżenti għal din it-tnedija kien hemm ukoll il-Kap tal-PN Adrian Delia fejn min-naħa tiegħu tkellem fuq il-Vot 16, u fuq kumment li darba sema’ min żagħżugħ fejn dan qal li bil-Vot 16 qed jagħtu l-liċenżja liż-żgħażagħ żgħar iżda mhux qed jagħlmuhom kif għandhom isuqu.
Qal li jrid li ż-żgħażagħ jiġġieldu għal dak li hu tagħhom, li jsemmgħu leħinhom. Il-Kap tal-PN tenna li ma jridx jara żgħażagħ li jsegwu lill-PN biss iżda jrid li ż-żgħażagħ jisfidaw lill-PN u b’hekk jiftħu aktar il-binari tal-istess Partit.
Adrian Delia qal li jrid jagħti l-vuċi liż-żgħażagħ u li l-PN jemmen bis-sħiħ li permezz tal-ħidma tal-MŻPN iż-żgħażagħ jistgħu jsemmgħu ferm aktar leħinhom.
//= $special ?>