Lokali Mużika

Dawn huma l-10 finalisti mill-ewwel semi-finali tal-Eurovision 2018

Waqt l-ewwel semi finali tal-Eurovision Song Contest li saret illejla f’Lisbona fil-Portugall kienu 10 pajjiżi li kkwalifikaw għall-finali ta’ nhar is-Sibt waqt li 9 oħra ġew eliminati.

Il-Pajjiżi li kkwalifikaw huma (fl-ordni li tħabbru):

  1. L-Awstrija
  2. L-Estonja
  3. Ċipru
  4. Litwanja
  5. Iżrael
  6. ir-Repubblika Ċeka
  7. Bulgarija
  8. l-Albanija
  9. Il-Finlandja
  10. L-Irlanda

Dawn l-10 kanzunetti se jiżdiedu ma’ 10 kanzunetti oħra li jikkwalifikaw minn fost 18-il kanzunetta nhar il-Ħamis fit-tieni semi finali, serata li fiha se tieħu sehem Malta, permezz tal-kanzunetta  ‘Taboo’ kantata minn Christabelle.

B’hekk dawn l-20 pajjiż li jikkwalifikaw jiżdiedu mal-“big five”, ġifiri Spanja, l-Italja, r-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja kif ukoll mal-pajjiż li qed jorganizza l-Eurovision ta’ din is-sena, l-Portugall, u jieħdu sehem fil-finali ta’ nhar is-Sibt li ġej.

Segwi l-aħħar aġġornamenti minn Lisbona kuljum fit-8:30p.m. fuq Net Television.