13-il għaqda u sitt kunsilli lokali se jkunu qed iwettqu 22 proġett differenti grazzi għall-fondi Ewropej.
Dawn il-proġetti huma intiżi biex ikomplu jarrikkixxu l-wirt kulturali Malti bi proġetti intiżi li jiġġeneraw ekonomija f’zoni li forsi mhux daqstant turistiċi.
Fost il-proġetti hemm dawk ta’ restawr u konserazzjoni ta’ ġojjelli storiċi u artistiċi hemm ukoll proġetti kreattivi u nnovattivi.
B’kollox se jkunu investiti 23 miljun ewro fi proġetti… fost oħrajn f’irħula bħan-Naxxr, San Lawrenz Għawdex, Munxar, Birkirkara, Ħal Qormi, Mellieħa u rħula oħrajn.
Fost oħrajn f’Ħal Qormi se jkun qed isir l-ewwel mużew tal-piroteknika. Proġett li l-iskop tiegħu hu li jattira turiżmu lejn il-lokalità kif ukoll li jesponi l-istorja tal-arti piroteknika fil-gzejjer Maltin.
Proġetti oħra huma marbuta mal-arloġġ tal-Imtarfa, kif ukoll proġetti oħra mal-kosta Maltija, proġetti fuq postijiet li servew għad-difiża ta’ Malta matul is-snin u proġetti ta’ restawr u konservazzjoni fuq numru ta’ knejjes.
//= $special ?>