Lokali

Etjopjan arrestat: irċieva d-droga moħbija qalb is-souvenirs minn pajjiżu

Etjopjan ta’ 27 sena residenti l-Imsida l-Ħamis mistenni jitressaq taħt arrest quddiem il-Qorti akkużat bil-pussess u importazzjoni ta’ droga.

Id-droga nstabet wara ħidma bejn id-Dwana ta’ Malta u l-Iskwadra ta’ Konra l-Vizzju tad-Droga meta f’pajjiżna waslet konsenja kontrollata ta’ souveniers indirizzata lill-akkużat mill-Etjopja stess.

Moħbija taħt dawn is-souveniers instabu diversi boroż tal-plastik mimlija bil-pjanta kannabis għal ammont ta’ kważi tliet kilos.

L-istħarriġ dwar dan il-każ għadu għaddej.