Lokali

FILMAT: Christabelle tgħix mument emozzjonanti f’Lisbona

Tiltaqa' ma' studenta li nfaqgħet tibki meta semgħat lil Christabelle titkellem dwar is-saħħa mentali

Ara l-filmat li hu parti mill-programm “il-Eurovision” li qed jixxandar kuljum fit-8:£0p.m. fuq Net Television

Christabelle illum għexet mument emozzjonanti meta waqt konferenza biex twassal messaġġ dwar is-saħħa mentali lill-istudenti universitarji, f’mument minnhom qamet studenta u bdiet tibki wara l-messaġġ ta’ kuraġġ minn Christabelle.

Kif rat hekk, Christabelle qamet minn postha u marret ħdejn l-istudenta u għannqitha magħha.

Fil-konferenza Christabelle tkelmet dwar kif għandhom jiġu ndirizzati problemi ta’ saħħa mentali,  hi tkelmet dwar l-esperjenza li għaddiet minnha hi stess u kif il-kanzunetta tagħha ‘Taboo’ qed tipprova twassal messaġġ kontra l-istigma dwar problemi ta’ saħħa mentali.

Christabelle tieħu sehem fis-semifinali tal-Eurovision ta’ nhar il-Ħamis li ġej.

Il-programm “il-Eurovision” qed jixxandar grazzi lil Sky Estates & Co., Legolas.bet, Bank of Valletta, The Black Box, Mannarinu Caterers, Motor inc. Malta, James Caterers Ltd, JB Department Stores, Drinks n’ More, People And Skin u Air Malta.