Lokali

Għaddas jitlef ħajtu fiċ-Ċirkewwa

Għaddas Ingliż ta’ 50 sena tilef ħajtu dalgħodu wara li sab ruħu f’diffikultajiet waqt li kien qed jogħdos fejn iċ-Ċirkewwa.

L-Ingliż kien parti minn grupp ta’ għaddasa meta għall-ħabta tal-11.45 a.m. sab ruħu f’diffikultajiet. Hu ttella ‘l art fejn ingħata l-ewwel għajnuna minn persuni li kien hemm fl-inħawi. Fil-post waslu l-pulizija mill-Għassa tal-Mellieħa kif ukoll tim mediku li ħa lill-għaddas fl-Isptar Mater Dei fejn sfortunatament kien iċċertifikat mejjet ftit wara l-wasla tiegħu.

Il-Pulizija għaddejja bl-istħarriġ f’dan il-każ.